Make Up a Story
Stories from Around the World
3 Nisa Zekzika – 3 Gossipers
December 15, 2019
By the storytellers of Dementia Ward, SVPR
Dawn jisimhom Rita jew Georgia ghaz zija -jew Filippa u Mari.
Ġejjin mill boghod - minn ħdejn San Bastjan u qed iħarsu lejn il-bieb ta barra jew lejn it-triq. Jittamaw li jaraw lil xi ħadd li ilhom ma jaraw għaddej u joqgħodu jitkellmu mieghu - ghax jiltaqaw man-nies biss meta jmorru il-knisja jew meta jmorru ġol-ħanut.
Jidhru imħassbin għax ma jafux ser jixtru jew ser jaqbdu jagħmlu.
Jidhru imdejqin ghax ma kellhom lil hadd, ghax it-tfal li kellhom mitulhom. Forsi imdejjqin minħabba l-ħajja - għax ma kellhomx x'jieklu, lanqas flus biex jixtru.
Jistennew li jaraw xi ħaga ġdida jew jaħsbu fuq x'ser jiġri l-għada. Daqqa tajjeb u daqqa hażin! (Illum iktar hażin milli tajjeb - bħal dari ghax ma kien hemm xejn)
Jissindikaw lin-nies meta joqgħodu wara t-tieqa, forsi anke jgħidu kontra taghħom-
Qed jisimgħu lil dak li jbiegħ il-ħalib jew il-laring. Jaħsbu x'ser jagħmlu l-ghada - forsi jsajjru xi ftit minestra, brodu jew fenek il-forn.
Joħolmu kif ser jagħmlu l-flus ghax bla flus la tgħannaq u l'anqas tbus !
Pero l-ħsieb li ghaddej minn moħhom ħadd ma jafu !Meta jixbaw fuq l-ghatba, ser jidħlu sa ġewwa.
Share This:
Inspired By:
Image Credits: Creative Commons 2.0: Attribution. Credit: Pierre Stafrace