Make Up a Story
Stories from Around the World
Sabiha it-Traviata / How Beautiful the Traviate Is !
August 25, 2019
By the storytellers at Silver Hub, St. Vincent de Paul (Mixed Group)
Qegħdin fuq il-palk - it-Teatru Manoel
Dak l'Aqwa !
U kien hemm it-Traviata.
Bdew Jiżfnu dawk iż-żaghżagh li għandhom madwar 18 jew 20 sena.
Jiġu minn Għawdex u San Pawl il-Baħar.
Dawn gew minn Għawdex
Illum ma nieħux gost naraħhom għax issa mietet oħti ta' Għawdex.
Għandhom żraben ikkuluriti biex jidru.
Dik l-Orkestra ta' Billy jew tat-Teatru Manoel.
Qegħdin rehearsel - f'qagħqa.
Naħseb tilfu ż-żraben, għax donnhom imħawdin
Dawk xtrawhom mil Belt - mill Monti jew mill-Ħamrun minn għand Roberts - Qishom kollha xorta.
Dawn tfajliet irqaq u puliti.
Nezaw żarbuna waħda kull wieħed - ha nfittxuhom u nsibuhom.
Il-familji tagħhom sinjuri jew tan-nofs.
Qed jistennew il-purtiera tinfetah biex jibdew jizfnu.
Naħseb jagħtu pjaċir lin-nies - għax kummidjanti.
Forsi ser jagħmlu il-Ballet.
Ha jġennu lil-kulħadd bil-kapaċita tagħhom -
Qed iferħu n-nies.
Ħalsu 10 Euro jew Lira biex ġew jarawhom.
Anzjużi biex jibdew.
Kif ser tinfetaħ il-Purtiera ser jinkiser kull m'hemm biċ-ċapcip.
Meta jispiċċaw ser imorru jieklu ikel sustanzjuz bħal xi biċċa laħam.
Share This:
Inspired By:

Image Credits: George Eastman House